Rappreżentanti ta’ kważi l-unjins kollha f’Malta laqgħu stedina li saritilhom mill-President Marie Louise Coleiro Preca biex jitwaqqaf forum nazzjonali tat-trejd unjins.
Din tħabbar waqt il-programm Dissett illejla li ddiskuta l-moviment trejd unjonistiku.
Matul il-programm sar magħruf li r-rapprezenti ta’ kwazi l-unjins kollha f’Malta llum ddiskutew it-twaqqif ta’ dan il-forum mal-President ta’ Malta.
Fil-fatt huma laqgħu l-istedina tal-President Coleiro Preca biex jattendu flimkien din l-laqgha li għaliha kien preżenti wkoll il-Professur Godfrey Baldacchino, espert fil-qasam trejdunjonistiku.
Il-laqgha, li saret fl-okkażjoni ta’ Jum il-Haddiem u li ma kinitx miftuħa għall-midja, rat lill-unjins kollha jaqblu fuq il-pass li jmiss biex ikomplu l-laqgħat ħalli jitwaqqaf il-forum nazzjonali tat-trejd unjins.
The post Jilqgħu l-istedina tal-President biex iwaqqfu forum nazzjonali tat-trejdunjins appeared first on TVM.