Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-aħħar aħbarijiet…

$
0
0

Imut għaddas fit-tfittxija fil-vapur Korean: Miet għaddas pajżan li kien qed jieħu sehem fil-ħidma biex jinstabu l-kadavri ta’ dawk li mietu meta għereq il-vapur Sud Korean Sewol. Uffiċjali qalu li l-għaddas ta’ 53 sena ntilef minn sensih u miet l-isptar. L-għaddasa l-bieraħ irnexxielu itellgħu 14-il kadavru ieħor mill-vapur. B’hekk l-għadd tal-mejta fiżikament tela’ għal 262 b’40 passiġġier għadhom mitlufa. Mill-vapur li għereq fis-16 ta’ April, salvaw biss 174 persuna.

Is-Somalja l-agħar: L-agħar pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħix omm huwa s-Somalja, skont rapport tas-Save the Children. L-organizzazzjoni tistma li 800 omm u 18,000 tifel u tifla żgħar qed imutu kuljum madwar id-dinja minn mard u konflitti mdemmija li jistgħu jiġu evitati. Il-Finlandja hi l-pajjiż fejn mara ssib l-aħjar kundizzjonijiet biex tkun omm. Wara jiġu n-Norveġja, l-Isvezja, l-Islanda u l-Olanda.

Ingliża li meta twieldet irreġistrawha tifel flok tiflaMara Ingliż kellha titlaq mill-Awstralja wara li sabet li meta twieldet fl-1965, fir-Reġistru Pubbliku niżżluha bħala tifel flok tifla u teknikament hija fi żwieġ gay. Kim Walmsley, ta’ 49 sena u omm ta’ ħamest itfal, tgħid li l-awtoritajiet Ingliżi qalulha li ż-żwieġ tagħha ma’ Jack, 23 sena ilu, huwa llegali għax teknikament sar bejn żewġt irġiel meta dak iż-żmien ma kienx hemm l-unjoni ċivili bejn il-LGBTs. Waqt li aċċettaw li sar żball min-naħa tagħhom, il-kapijiet tar-Reġistru Pubbliku qalulha li ma jistgħu jagħmlulha xejn u l-Prim Ministru David Cameron biss jista’ jinterveni fil-każ biex iċ-ċertifikat tat-twwelid tagħha jiġi mibdul.

Tfajla arrestat għas-sess f’toilet ta’ ajruplan: Tfajla Ingliza xurbana spiċċat ingħatat f’idejn il-pulizija fl-Istati Uniti wara li waqt li kienet fuq titjira tal-Virgin Airlines, daħlet f’wieħed mit-toilets tal-ajruplan ma’ passiġġier li kien ħdejha u kellhom relazzjoni sesswali. Il-membri tal-ekwipaġġ intervenew wara li t-tfajla, li kienet qed tivvjaġġa mal-ġenituri tagħha, sparixxiet. Meta fetħu l-bieb fuqhom, it-tfajla kienet abbużiva u l-kapta taha f’idejn il-pulizija hekk kif niżzlu Las Vegas. Hija tħalliet tkompli l-vjaġġ tagħha wara li ġiet imwissija mill-awtoritajiet.

Ħidma sfieqa Russa fil-PaċifikuIl-kmandant tal-qawwiet tal-ajru Amerikani fil-Paċifiku qed jirraporta żieda sinifikanti fl-attivitajiet tal-ajruplani militari u bastimenti Russi fir-reġjun. Il-Ġeneral Herbert Carlisle qal li minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ir-Russi qed juru l-kapaċitajiet militari tagħhom u jiksbu kemm jistgħu tagħrif dwar it-taħriġ militari li qed jagħmlu l-Amerikani.

Inkwiet bejn il-Vjetnam u ċ-Cina dwar tħaffir għaż-żejt: Il-Vjetnam talab liċ-Ċina twaqqaf il-ħidma għat-tiftix taż-żejt f’inħawi fis-South China Sea li dwarhom hemm kwistjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-Gvern ta’ Hanoi qal li d-deċizjoni tal-Gvern Ċiniż hija llegali. Iċ-Ċiniżi qalu li l-ħidma qed issir fl-ibħra territorjali.

Attivisti jipproteġu prostituti nisa Ċiniżi: Għexieren  ta’ esperti legali u attivisti kitbu lil-leġislatura Ċiniża jitolbu li tiġi abolita s-sistema preżenti fejn nisa arrestati fuq prostituzzjoni jistgħu jintfgħu l-ħabs għal sentejn mingħajr ma jitressqu l-qorti. Fl-ittra, il-mija u disa’ firmatarji qalu li s-sistema hija inkonsistenti mar-“rule of law” għax il-pulizija jistgħu jibgħatu n-nisa f’ċentri ta’ detenzjoni mingħajr ma jkun involut il-prosekuturi jew il-qrati. Ir-regolamenti amministrattivi li joħonqu l-libertà tal-individwu m’għandhom ebda appoġġ mil-liġi.

 

The post L-aħħar aħbarijiet… appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles