Il-Bank HSBC b’deċiżjoni globali mhux se jibqa’ jagħti s-servizzi finanzjarji tiegħu lil kumpaniji li jorganizzaw il-logħob.
Id-deċiżjoni wasslet ukoll f’Malta u fost id-diversi kumpaniji li se jkollhom ibiddlu l-bank tagħhom hemm il-kumpanija Maltco Lotteries li f’ċirkulari infurmat lir-reċevituri tal-lotto li mix-xahar id-dieħel iridu isibu bank ieħor għat-tranżazzjonijiet finanzjarji magħha minħabba li l-HSBC mhux se jkompli jżomm il-kontijiet tal-kumpaniji li jorganizzaw il-logħob.
Kelliem għall-HSBC Malta kkonferma d-deċiżjoni tal-HSBC globali. Il-kelliem tal-bank qal li din id-deċiżjoni hija b’riżultat ta’ programm ta’ assessjar strateġiku fin-negozju tiegħu.
Il-kelliem sostna li wara reviżjoni qawwija, l-HSBC ħa d-deċiżjoni li jillimita l-involviment tiegħu mas-settur tal-logħob tal-ażżard.
tvm.com.mt huwa infurmata li xi xhur ilu anke diversi banek Franċżi ħadu l-istess deċiżjoni milli jidher biex inaqqsu r-riskji tagħhom.
The post L-HSBC ma jridx aktar flus tal-lagħba appeared first on TVM.