Dibattitu li kellu jsir it-Tlieta li għadda bejn kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew spiċċa twaqqaf ħesrem wara argument li żviluppa bejn il-maniġer tal-kampanja ta’ Imperium Europa u d-direttur ta’ Smash TV Joe Baldacchino.
F’dan id-dibattitu politiku kellhom jieħdu sehem tliet kandidati tal-Partit Nazzjonalista, kandidat tal-Alternattiva Demokratika u kandidat mill-Moviment ta’ Imperium Europa.
Tvm.com.mt jinsab informat li hekk kif kien qed joqrob il-ħin biex jibda d-dibatitu ‘live’ fuq l-istazzjon televiżiv inkwistjoni, rapprezentant tal-AD baqa’ ma tfaċċax.
F’dak il-ħin ir-rappreżentant tal-Moviment Imperium Europa Antoine Galea informa biċ-ċirkostanza li nqalgħet lil maniger tal-kampanja tal-moviment li min naħa tiegħu mar fuq il-post minnufih.
Hekk kif wassal fuq il-post allegatament qam argument bejn id-Direttur ta’ Smash TV Joe Baldacchino u Adriano Spiteri, il-maniger tal-kampanja għal Imperium Europa. Sorsi qalu li kellu jkun intervent ta’ Antoine Galea biex is-sitwazzjoni tikkalma.
Waqt l-argument jidher li ntqal xi kliem ta’ theddid minn fil-konfront ta’ Antoine Galea.
Tvm.com.mt jinsab informat li l-Imperium Europa se jieħdu l-każ il-Qorti permezz tal-Pulizija minħabba l-kliem li ngħad u rigward it-twaqqif tad-dibatitu l-każ se jitressaq quddiem l-Awtorita’ tax-Xandir.
The post Argument jaħraq qabel dibattitu politiku fi Smash TV appeared first on TVM.