Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Is-sid ta’ Smash TV jiċħad li qal li ried jispara lil kandidat ta’ Lowell

$
0
0

Joe Baldacchino sid u d-direttur maniġerjali ta’ Smash TV ċaħad bil-qawwa kollha li f’xi ħin hedded li jispara jew b’xi mod jew ieħor hedded lil kandidat jew attivist ta’ Imperium Europa.

Fi stqarrija Baldacchino qal li din hija biss invenzjoni tal-attivitisti tal-Imperium Europa li lbieraħ indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar dan l-inċident.

Baldacchino qal li hija gidba faħxija li Joe Baldacchino b’xi mod jew f’xi ħin hedded li jispara lill-kandidat ta` Imperium Europa.  Qal li Imperium Europa qed tagħżel li tgħid din il-verżjoni wara pressjoni li għamlet fuqu biex il-programm jixxandar xorta waħda u li fih ikun hemm biss il-kandidat tagħha Antoine Galea meta dan ma kienx possibbli.

Qal li kien hu li offra li tingħata intervista rekordjata ta’ 20 minuta lil Antoine Galea ta’ Imperium Europa imma dan ried bilfors li jkollu siegħa programm għalih meta s-siegħa programm kien intenzjonat li jkun f’dibattitu.  Qal li jekk kien hemm partiti politiċi li ma riedux jipparteċipaw ma’ Imperium Europa, dan ma kienx tort tal-istazzjon Smash TV.

 

 

The post Is-sid ta’ Smash TV jiċħad li qal li ried jispara lil kandidat ta’ Lowell appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles