Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Tliet għaqdiet ambjentali jfaħħru inizjattiva tal-MEPA

$
0
0

Tliet għaqdiet Ambjentali, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth u l-Assoċjazzjoni tar-Ramblers fi stqarrija laqgħu b’sodifazzjon għaċ-ċirkulari tal-Bord tal-MEPA li skont l-għaqdiet, qiegħda tikkoreġi l-miżinterpretazzjoni apposta li kienet qed issir lil-linji gwida li l-MEPA ħarget fl-2007 dwar fost oħrajn l-estensjoni tal-bini fil-ġonna tad-djar u l-użu ta’ semi basements.

L-għaqdiet iddiskrivew iċ-ċirkulari tal-MEPA bħal nifs ġdid u faħħru l-inizjattiva tal-Bord tal-MEPA li qed jieħu dan il-pass biex jipproteġi l-ġonna fiż-żoni urbani.  Qal li dan huwa l-ewwel  pass mill-bord tal-MEPA biex irażżan l-abbuż u jerġa’ jikseb ir-rispett għall-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar.

It-tliet għaqdiet ambjentali ħeġġew lill-bord tal-MEPA biex ikompli jieħu inizjattii  oħra b’mod proattiv fosthom billi jimplimenta r-regoli dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-bini fil-permessi tal-iżvilupp.

The post Tliet għaqdiet ambjentali jfaħħru inizjattiva tal-MEPA appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles