Ribelli Ukreni favur ir-Russja waqqgħu ajruplan militari Ukren fil-lvant tal-pajjiż, bis-suldati kollha abbord, 49 b’kollox imutu fid-diżgrazzja.
Il-ministeru tad-difiża Ukren ikkonferma li l-ajruplan iġġarraf wara li safa’ attakkat meta kien għaddej minn fuq Luhansk.
Il-gvern Ukren sejjaħ terroristi lil min spara fuq l-ajruplan u qal li dawn wettqu attakk kiesaħ u biered kontra l-kompatrijotti tagħhom. L-ajruplan militari tat-tagħbija kien qed iġorr kemm suldati u anke apparat militari u kien qed joqrob biex jinżel fl-ajruport.
Dan huwa x’aktarx l-iktar attakk li fih mietu nies minn mindu bdiet l-offensiva biex il-gvern Ukren jegħleb is-separatisti favur ir-Russja li qed jokkupaw il-lvant tal-Ukrajna.
The post 49 mejta wara li ribelli Ukreni waqqgħu ajruplan militari appeared first on TVM.