Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ħadulhom it-tarbija għax tawha l-Calpol

$
0
0

Koppja Irlandiża li kienet għal btala fil-Portugall kellhom esperjenza mill-aktar qarsa wara li l-Pulizija ħaduhom it-tarbija tagħhom għax tawha l-Calpol.

F’intervista ppubblikata dalgħodu, omm it-tarbija rrakkontat il-mumenti ta’ qtigħ il-qalb li għaddew minnhom meta l-Pulizija Portugiża qalulhom li “Ma rridux Madeleine McCann oħra.”

Din kienet l-ewwel btala ta’ Lee-Ann O’Donoghue, is-sieħeb tagħha James Moreland u binthom ta’ 18-il xahar flimkien u kellha tkun waħda li fi kliemhom ma jinsewha qatt.

Huma żvelaw kif il-ħolm tagħhom tar mar-riħ meta l-ħaddiema tal-lukanda rrapportawhom lil pulizija għax taw il-Calpol lil binthom Eireann minħabba xi wġiegħ fi sninha. Dan meta l-Calpol, mediċina popolari għat-tfal tinbiegħ ukoll mis-supermarkets.

Konsegwenza ta’ dan l-inċident il-koppja Irlandiża spiċċat fuq il-mezzi kollha tax-xandir Portugiżi u anke fir-Renju Unit fejn ġew akkużati li pprovaw jagħtu d-droga lil binthom u li kienu wisq fis-sakra  biex jieħdu ħsiebha. Saħansitra l-pulizija akkużawhom li tefgħu lit-tarbija tagħhom minn għoli ta’ tmien sulari f’swimming pool tal-kumpless.

L-omm irrakkontat li wara li l-ħaddiema tal-lukanda rawha tagħti l-mediċina lil bintha, huma ċermplu lil Pulizija fejn qalulha li l-“Calpol kienet illegali fil-Portugall”.

L-omm irrakkontat ukoll li ġiet immanettjata wara li ttieħdet l-isptar eskortata mill-Pulizija. Qalet li żammewha għal siegħa sħiħa maqfula f’kamra sakemm saru xi testijiet fuq it-tarbija.

Wara lejl ‘il bogħod minn binthom, huma ġew informati li tifla ma kellha xejn u ma sabu ebda traċċi f’demmha ta’ xi droga. Madankollu l-istorja ma waqfitx hawn għax il-Pulizija akkużathom li ma kinux f’qagħda li jieħdu ħsieb binthom għax kienu fis-sakra, akkuża li wkoll ġiet imxejna.

The post Ħadulhom it-tarbija għax tawha l-Calpol appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles