Mara mir-Rabat għamlet protest ġudizzjarju kontra ditta tal-investiment fejn qed tallega li tilfet €10,000 li investiet wara pariri ta’ l-istess ditta.
Carmen Micallef ta’ 50 sena tgħid li investiet il-flus f’Lifemark SA Secure Income Bond permezz ta’ Global Capital Financial Management Limited. Hija tallega li tilfet flusha bħala rizultat ta’ negliġenza min-naħa tal-kumpanija u li l-kumpanija ma osservatx ir-regoli finanzjarji.
Tenniet li ma tawhiex kopja tad-dokumenti li qalulha biex tiffirma u li l-kumpanija kisret il-Kodiċi tal-Att tal-Konsumatur
Hija qed iżżomm lil kumpanija responsabbli għat-telf li sofriet.
The post Tallega li tilfet €10,000 li tawha parir tinvesti appeared first on TVM.