Ħamsa u ħamsin pazjent kull xahar isiefru lejn ir-Renju Unit biex jieħdu kura għall-kanċer.
F’ittra ndirizzata lill-poplu Malti u Għawdxi, l-President tal-Fondazzjoni Puttinu Cares, Victor Calvagna, qal li Puttinu Cares bdiet bħala fondazzjoni biex tgħin lil tfal morda bil-kanċer u l-qraba tagħhom u issa qed tgħin ukoll adulti billi toffrilhom akkomodazzjoni temporanja meta jsiefru barra għall-kura.
Dr Calvagna qal li l-edizzjoni tal-maratona tal-football u volleyball ta’ din is-sena għal darb’ oħra wriet kemm hi kbira l-ġenerożita tal-Maltin u l-Għawdxin lejn dawk fil-bżonn.
F’isem il-Fondazzjoni kollha, huwa rringrazzja lill-poplu Maltin u Għawdxi tal-appoġġ u talli jemmen fil-kawża ta’ Puttinu Cares.
Żied li bl-għajnuna ta’ kulħadd, il-Fondazzjoni rnexxielha tħallas id-dejn li kellha fuq il-bini ta’ 12-il appartament f’Sutton, fi tliet snin minflok f’10.
Qal li b’dan l-appoġġ kbir, il-Fondazzjoni tista’ tilħaq il-mira li l-ebda familja ma’ jkollha għalfejn tħallas għall-akkomodazzjoni waqt li qed tieħu kura fir-Renju Unit u ‘l quddiem se tkun qed terġa titlob l-appoġġ tan-nies għal aktar proġetti simili.
The post Ara l-ħolma ta’ Puttinu ssir realtà appeared first on TVM.