Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Riħ ta’ gwerra bejn Iżrael u Gaza… aktar minn 80 persuna mejta

$
0
0

L-Istati Uniti hi lesta biex tgħin għall-waqfien mill-ġlied bejn il-militanti Iżraeljani u Palestinjani f’Gaza. Dan qalu l-President Amerikan Barack Obama meta kien qed jagħmel telefonata lil Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

Aktar kmieni, Netanyahu qal li l-operazzjoni Iżraeljani kienet qed timxi skont ma kien pjanat u tenna li din għad fadlilha diversi stadji biex tiżviluppa.

Uffiċjali Palestinjani qalu li aktar minn 90 persuna inqatlu f’Gaza minn mindu bdiet l-operazzjoni Iżraeljana nhar it-Tlieta.

Ilbieraħ, aktar minn 20 persuna nqatlu fl-aħħar attakki mill-ajru fuq Gaza. Is-Segretarju tan-Nazzjonijiet Magħquda, Ban Ki-moon, esprima t-tħassib tiegħu dwar kif qed tiżvolġi s-sitwazzjoni u ħeġġeġ lill-Iżrael u l-militanti Palestinjani biex ma jkomplux għaddejjin bil-ġlied. Huwa wissa li r-reġjun ma jistax jidħol fi gwerra oħra.

The post Riħ ta’ gwerra bejn Iżrael u Gaza… aktar minn 80 persuna mejta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles