Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-kumpanija bejn l-Enemalta u x-Shangai tibda taħdem sal-aħħar tas-sena

$
0
0

Sal-aħħar ta’ din is-sena se tibda taħdem il-kumpanija ġdida dwar l-enerġija nadifa li se  titwaqqaf bħala parti mil-ftehim tal-Enemalta mas-Shangai Electric Power.  Dan tħabbar mil-Prim Ministru Joseph Muscat meta indirizza l-konferenza internazjonali dwar l-iżvilipp sostenibbli f’Guyang fiċ-Ċina.

F żvilupp ieħor il-Viċi Prim Ministru Louis Grech ingħata l-inkariga biex jikkordina  l-Ministeri u l-aġenziji tal-Gvern biex jitwettqu l-elementi differenti tal-ftehim li sar maċ-Ċina.

Fl-aħħar jum taż-żjara fiċ-Ċina, l-Prim MInistru Joseph Muscat kien wieħed mill-kelliema ewlenin f’konferenza internazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli li fiha politiċi, imprendituri urappreżentanti tas-soċjetà ċivili jiddiskutu u jaqsmu l-ideat dwar il-viżjoni għal ċiviltà ekoloġika.

Dr Muscat tkellem dwar l-importanza  tal-poltiika ambjentali fil-programm tal-Gvern u fil-kuntest tar-regoli tal-Unoni Ewropea. Tkellem ukoll dwar il-proġett ekoloġiku li se jitwettaq bis-sħab maċ-Ċina biex tkun iġġenerata l-enerġija mix-xemx u mir-riħ. Qal li sal-aħħar kwart ta’ din is-sena, din il-kumpanija se  tibda taħdem u għandha tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha fi żmien tliet snin.

Dr Muscat qal li diġà ġew identifikati 30 proġett potenzjai f’dan il-qasam li bejniethom jistgħu jipproduċu sa 600 kilowatt ta’ enerġija kuljum.

Il-Prim Ministru indika li fil-konferenza tal-mexxejja tal-Commonwealth li se ssir f’Malta, se jmexxi ‘l quddiem it-twaqqiff tal-Commonwealth-China Business Network biex ikattar ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iċ-Ċina u l-pajjiżi tal-Commnwealth.

the International Eco-Forum Conference Opening Ceremony the International Eco-Forum Conference Opening Ceremony OPM_11072014_01

 

 

 

The post Il-kumpanija bejn l-Enemalta u x-Shangai tibda taħdem sal-aħħar tas-sena appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles