Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jinstab preservat fis-silġ wara 32 sena

$
0
0

Instab preservat fl-Alpi wara 32 sena l-ġisem ta’ Patrice Hyvert li deher l-aħħar fl-1982 wara li kien inqabad f’maltemp qawwi li kien ħakem il-muntanji.

L-aħħar li deher kien fl-1982 meta kien għad kellu biss 23 sena. Huwa kien qiegħed fuq il-muntanji waħdu jitħarreġ biex isir gwida meta waranofsinhar ħakem l-Alpi maltemp kbir b’konsegwenza li Hyvert spiċċa midfun fis-silġ. Minkejja t-tfitxijiet il-ġuvni kien baqa’ qatt ma nstab.

Wara dawn is-snin kollha,  il-ġisem ta’ Hyvert instab preservat fis-silġ  ftit tal-jiem ilu minn żewġ persuni li kienu fuq spedizzjoni fl-inħawi ta’ fejn  kien midfun. Il-Pulizija kkonfermaw li l-ġisem kien filfatt ta’ Hyvert  wara li anki sabu li l-karta tal-identità tiegħu kienet baqgħet preservata fil-kartiera.

Din l-iskoperta kienet waħda emozzjonanti  u  fl-istess ħin ta’ xokk għal Gerard, missier il-ġuvni ta’ 82 sena li stqarr li sa ċertu punt jiddispjaċih li Hyvert mhux se jibqa’ midfun fil-muntanji li kienu tant għal qalbu u ser jispiċċa f’tebut.

The post Jinstab preservat fis-silġ wara 32 sena appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles