Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Papa Franġisku: Madwar 2% tal-qassisin huma pedofeli

$
0
0

Papa Franġisku kien ikkwotat jgħid li informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha turi li “madwar 2% tal-qassisin fil-Knisja Kattolika huma pedofeli.

Il-Papa qal li l-abbuż tat-tfal kien bħal lebbra (marda tal-ġdim) li infettat il-Knisja, skont il-gazzetta Taljana La Repubblica.

Huwa wiegħed li “jiġġielidha bl-aktar mod iebes li jistħoqqilha”.

Madankollu il-kelliem tal-Vatikan qal li l-kwotazzjoni fil-gazzetta ma tikkorrispondix mal-kliem eżatt ta’ Papa Franġisku.

Il-ġurnalist tal-BBC David Willey qal li ħafna drabi jkun hemm ambigwità studjata fl-istqarrijiet li jagħmel Papa Franġisku.

Huwa jrid juri attitudni aktar kompassjonali lejn it-tagħlim tal-Knisja mill-predeċessuri tiegħu. Madankollu dan jista’ jikkawża ċertu tħassib fost il-konsulenti tal-midja, żied jgħid il-korrispondent tal-BBC.

Fil-ħarġa tal-bieraħ, La Repubblika ddedikat l-ewwel tliet paġna għal konversazzjoni li saret bejn il-Papa Franġisku u l-editur Eugenio Scalfari, li saret il-Ħamis li għadda. Il-kelliem tal-Papa, Federico Lombardi saħaq li din ma kinitx intervista fil-veru sens tal-kelma, għalkemm ammetta li din wasslet “is-sens u l-ispirtu” tal-konversazzjoni.

Is-Sur Scalfari ma jużax recorder diġitali, u Dun Lombardi qal li l-Papa ma ċċekkjax l-intervista minn qabel.

S’issa l-Vatikan naqas milli jikkwantifika kemm huwa mifrux l-iskandlu tal-abbuż sesswali fil-Knisja madwar id-dinja. Ħafna drabi l-istatistika hija disponibbli biss għal pajjiżi fid-dinja żviluppata.

Fl-intervista, il-Papa kien kwotat jgħid li l-istima ta’ tnejn fil-mija ngħatat minn konsulenti. Din tirrappreżenta madwar 8,000 qassis minn numru globali ta’ madwar 414,000.

Waqt li l-inċidenza ta’ pedofelija fil-popolazzjoni ġenerali mhix magħrufa b’mod preċiż, xi estimi juri li din hija anqas minn ħamsa fil-mija.

Fost it-tnejn fil-mija li huma pedofeli huma qassisin, isqfijiet u kardinali. Oħrajn, f’numri akbar, jafu iżda jżommu kwieti. Jikkastigaw mingħajr ma jagħtu raġuni,” kien kwotat jgħid il-Papa.

“Jien insib din is-sitwazzjoni bħala waħda inaċċettabbli,” kompla jgħid.

It-titlu ta’ din l-intervista fuq La Repubblika kien “Il-Papa jgħid: Bħal Kristu, jien għandi nuża l-bastun kontra l-qassisin pedofeli.”

Il-kelliem tal-Vatikan ċaħad li Papa Franġisku qal li fost il-pedofeli hemm ukoll il-kardinali.

Is-sena li għaddiet Papa Franġisku saħħaħ il-liġijiet tal-Vatikan kontra l-abbuż fuq it-tfal u aktar kmieni dan ix-xahar huwa talab maħfra lill-vittmi kollha ta’ abbuż sesswali minn qassisin, fl-ewwel laqgħa tiegħu ma’ vittmi mill-ħatra tiegħu.

The post Papa Franġisku: Madwar 2% tal-qassisin huma pedofeli appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles