Bħalissa għaddejja operazzjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet biex jitneħħa vapur li ilu jokkupa art tal-Gvern f’Marsaxlokk għal dawn l-aħħar 8 snin.
Kienu għall-ħabta tat-08:00 ta’ dalgħodu li beda jiżżarma l-bastiment Libjan Kaleej 1, operazzjoni li mistennija tintemm iktar tard illum. Jirriżulta li 20 ġurnata ilu ħareġ avviż ta’ żgumbrar li jidher waqa’ fuq widnejn torox u għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li l-ħaddiema tal-Gvern iżarmaw il-vapur.
Fl-istess inħawi fejn hemm dan il-bastiment, hemm numru ta’ vapuri oħra li fil-jiem li ġejjin mistennija jiżżarmaw ukoll mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Gvern.

The post Jiżżarma vapur fi propjetà tal-Gvern f’M'Xlokk appeared first on TVM.