Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ebda dħul ta’ tfal l-isptar minħabba l-water park f’Buġibba

$
0
0

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li fil-Parlamenti li ma jirriżulta ebda dħul ta’ tfal fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar jiem minħabba allegat ilma kkontaminat fil-water park ta’ Buġibba.

Il-Ministru Mizzi kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. Huwa staqsa lill-Ministru jgħid jekk waslulux rapporti li fil-ġranet ta’ bejn is-6 u t-8 ta’ Lulju 2014, ddaħħlux tfal fl-Isptar Mater Dei li kienu qed ibatu minn xi forma ta’ infezzjoni jew problemi mediċi oħra, wara li kienu għamlu użu mill-water park li hemm Buġibba.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru kkonferma li fil-jiem indikati ħadd ma’ daħal l-isptar ibati minn xi forma ta’ infezzjoni jew problemi mediċi oħra wara li għamlu użu mill-water park ta’ Buġibba.

The post Ebda dħul ta’ tfal l-isptar minħabba l-water park f’Buġibba appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles