Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Brażil 2014: Muller jitlifha ma’ ġurnalista

$
0
0

Iċ-Champion tad-Dinja Thomas Muller tilifha bl-ikrah fi tmiem il-finali mal-Arġentina meta ġurnalista Kolumbjana staqsietu bl-Ingliż dwar il-fatt li ma spiċċax it-top scorer tat-Tazza tad-Dinja.

Għal mistoqsija “kif tħossok li ma rbaħtx it-titlu ta’ top scorer”, l-attakkant Ġermaniż weġibha bil-Ġermaniż bl-aktar mod vulgari: xiż-“żikk” jinteressani! Aħna ċ-champions tad-dinja!” Saħansitra bid-djalett kompla jkellimha ħażin waqt li ħalla lil Bastian Schweinsteiger il-biċċa xogħol iebsa biex jittraduċi dak li kien għadu kif stqarr.

Kienu bosta li rreaġixxew għal din ir-reazzjoni kemxejn stupida min-naħa ta’ dan il-plejer kbir u sostnew li waqt li Muller huwa champion tad-dinja, żgur li mhux champion tal-edukazzjoni!

The post Brażil 2014: Muller jitlifha ma’ ġurnalista appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles