www.FirstMalta.com hija websajt innovattiva li qed tistieden persuni li jgħixu jew li jżuru Malta sabiex itellgħu ritratti li juru l-ħajja ta’ kuljum fil-gżejjer tagħna u dan sabiex tħajjar turisti jżuru Malta u Għawdex.
Min jibgħat xi ritratt huwa mħeġġeġ sabiex jaqsam l-istorja wara dak ir-ritratt partikolari mal-qarrejja barranin tal-websajt. “Illum huwa fatt magħruf li xi ħadd li jkun qed ifittex post turistiku probabbilment se jiċċekkja l-ewwel fuq l-internet qabel ma jiddeċiedi d-destinazzjoni finali tiegħu,” stqarr wieħed mill-ko-propjetarji ta’ FirstMalta.com. Huwa qal li fi ftit ġranet diġà rċevew numru sabiħ ta’ ritratti li juru xenarji mill-isbaħ, bajjiet pittoreski u l-ħajja tad-divertiment li wieħed isib f’Malta u f’Għawdex.
Il-kelliem għas-sit temm billi ħeġġeġ lil kulħadd iżur is-sit biex b’hekk inkunu qed ngħinu l-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna.
The post Sit ġdid li jippromwovi l-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna appeared first on TVM.