Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Preżentata strateġija ġdida għall-akwakultura

$
0
0

Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mis-Sajd ippreżenta l-ħsieb u d-direzzjoni strateġika tal-Gvern dwar l-akwakultura għall-għaxar snin li ġejjin.

L-idea hi li sal-2025, l-industrija tal-akwakultura toffri 1200 impjieg full time li jkunu jfissru valur ekonomiku ta’ 70 miljun ewro fis-sena.

L-istrateġija tgħid li l-kontrolli u l-moniteraġġ tal-gaġeġġ tal-ħut jibda jsir mid-Dipartiment tas-Sajd u mhux iktar mill-awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li l-ħsieb tal-Gvern hu li peress li t-Torri ta’ San Luċjan huwa żghir biex jikber is-suttur, il-Gvern irid li fis-snin li ġejjin jibni u jiżviluppa hatchery kbira ġdida.

The post Preżentata strateġija ġdida għall-akwakultura appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles