Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-PN jgħid li Maltin fil-Libja jinsabu fil-periklu u mhu jsir xejn

$
0
0

Il-Partit Nazzjonalista preżenta dalgħodu lill-Ispeaker tal-Kamra mozzjoni biex jiġu diskussi u dibattuti r-relazzjonijiet diplomatiċi preżenti fis-sitwazzjoni politika li għaddejja bejn Malta u l-Libja.

Il-mozzjoni mressqa mid-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici u mill-Whip David Aguis tgħid li diversi persuni Maltin qegħdin fil-periklu għal ħajjithom fil-Libja u li l-Ambaxxata Maltija mhix qed tagħti ebda assistenza.

Qalu li f’dawn l-aħħar xhur u b’mod partikolari f’dawn l-aħħar jiem, is-sitwazzjoni politika fil-Libja żviluppat f’direzzjonijiet fejn l-instabbilità politika u ekonomika tagħha huma differenti u l-isfidi kibru.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern Malti għadu ma rreferix fuq dan fil-Parlament u għalhekk l-Oppożizzjoni tħoss li għandu jkun hemm dibattitu liberu fuq dak li għadda.

Il-mozzjoni tiffoka fuq tliet kwistjonijiet, jiġifieri b’dak li allegatament żviluppa fil-Konsolat Malti, b’dak li qed jiġi msejjaħ traffikar illegali u inkontrollat ta’ żejt lejn Malta mil-Libja u bil-komplikazzjonijiet marbuta mal-immigranti irregolari.

Min-naħa tiegħu l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li huwa inkwetanti li l-kwistjoni tal-Libja għadha mhux solvuta wara tliet snin mir-revoluzzjoni.

L-Ispeaker żied jgħid li l-mozzjoni hija importanti ħafna u jixirqilha tingħata piżz għax ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Libja huma importantissimi kemm abbażi politika u kummerċjali.

The post Il-PN jgħid li Maltin fil-Libja jinsabu fil-periklu u mhu jsir xejn appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles