Tal-inqas żewġ rockets kienu sparati minn Gaza waqt il-ftehim temporanju ta’ waqfien mill-ġlied.
Aktar kmieni, dan il-waqfien mill-ġlied kien qed jitqies bħala żvolta pożittiva fir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani.
Dan hekk kif il-qawwiet militari Iżraeljani qalu li mhux se jisparaw rockets għall-ħames sigħat biex jagħtu ċans lir-residenti ta’ Gaza jisuplixxu lilhom infushom bi provvisti essenzjali.
Uffiċjali f’Gaza qalu li r-rejds tal-Iżraeljani ħallew 220 Palestinjan mejjet.
Il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied intalab min-Nazzjonijiet Maqgħuda u minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
Iżrael qal li se jirritalja b’qawwa jekk il-Ħamas ma josservawx il-kundizzjonijiet tal-ftehim.
The post Izrael jirraporta attakki minn Gaza waqt il-waqfien temporanju mill-ġlied appeared first on TVM.