Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-Kamra tal-Kummerċ tniedi l-viżjoni ekonomika għal Malta 2014-2020

$
0
0

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija dalgħodu nediet l-“Economic Vision for Malta 2014-2020”, dokument ta’ 52 proposta li għandhom iservu ta’ gwida għall-investituri u l-istakeholders fid-direzzjoni ekonomika futura ta’ Malta.

Id-dokument li kien ippreżentat mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Curmi u mid-Direttur ġenerali Kevin Borg, hu ffirmat minn 20 chairperson jew kapi eżekuttivi ta’ kumpaniji kbar lokali, kif ukoll mill-Università ta’ Malta.

Dan id-dokument jissuġġerixxi li l-Gvern jiffoka fuq 11-il settur li huma l-fulkru tal-ekonomija, bħat-turiżmu, is-servizzi finanzjari, l-ICT, il-qasam marittimu, tal-films, l-avjazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-manifattura.

Uħud mill-proposti ilhom li saru s-snin iżda dejjem sabu l-oġġezzjoni t’imsieħba soċjali oħra fil-pajjiż. Fost dawn, riforma fl-ogħti tal-istipendji lill-istudenti, li m’għandiex tiżdied il-paga minima u li l-liġijiet tax-xogħol għandhom isiru aktar flessibli favur min iħaddem.  Fost dawk relattivament ġodda, il-ħtieġa ta’ iktar ċentri ta’ riċerka, il-privatiżżazzjoni ta’ ċertu operat li għadu pubbliku, partikolarment fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart bħall- wasteserv.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Curmi qal li l-proposti jeħtieġu rieda politika kbira biex jitwettqu, iżda stqarr li konvint li din hija r-road map li teħtieġ Malta biex tikkompeti fis-suq globali.

The post Il-Kamra tal-Kummerċ tniedi l-viżjoni ekonomika għal Malta 2014-2020 appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles