Raġel Somalu ta’ 61 sena ntbagħat 20 xagħar ħabs wara li ammetta li seraq xi flus minn kaxxa tad-donazzjonijiet li hemm fil-Knisja ta’ San Ġorġ Preca fil-Blata l-Bajda.
Ir-raġel Farah Said Hirsi ammetta wkoll li wettaq dan ir-reat meta kellu diġà sentenza sospiża.
Is-serqa seħħet meta huwa kien fi grupp ta’ ħames persuni. Tlieta minnhom għadhom mhux magħrufa u ieħor kien persuna taħt l-età li ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
The post Somalu l-Ħabs wara li seraq minn kaxxa tad-donazzjonijiet fi knisja appeared first on TVM.