Passiġġier fuq ajruplan tal-linja tal-linja tar-Ryanair se jittella’ l-Qorti wara li nqabad ipejjep sigarett fuq l-ajruplan meta dan mhux permessibbli minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Ir-raġel ta’ nazzjonalità Asjatika kien irrapportat lil pulizija mill-membri tal-ekwipaġġ li bdew ixommu riħa ta’ sigaretti ħierġa mit-toilet tal-ajruplan li kien ġej Malta minn Eindhoven.
Meta mistoqsi r-raġel ammetta li l-kilba li għandu għas-sigaretti gegħlitu jqabbad sigarett.
The post Raġel il-Qorti wara li nqabad ipejjep fuq l-ajruplan appeared first on TVM.