L-Italja reġgħet tinsab f’riċessjoni.
Ċifri uffiċjali wrew kif il-Prodott Domestiku Gross naqas b’0.2 fil-mija fit-tieni kwart tas-sena, wara li fl-ewwel kwart kien diġà ċkien b’0.1 fil-mija.
Dawn ir-riżultati ma kienux mistennija u għalhekk qed jitqiesu bħala daqqa ta’ ħarta għall-Prim Ministru Matteo Renzi, li ġie elett fil-kariga fi Frar li għadda, u minn dakinhar ‘l hawn ftit li xejn seħħew ir-riformi tant meħtieġa fil-pajjiż.
The post L-Italja terġa taqa’ f’riċessjoni appeared first on TVM.