Għall-ewwel darba fl-istorja, il-vettura spazjali Ewropea Rosetta irnexxielha tasal fuq kometa.
Wara tfittxija t’10 snin, ħames xhur u erbat ijiem, Rosetta sabet il-kometa 67P.
Dan mhux qabel mal-vettura spazjali daret ħames darbiet max-xemx u vjaġġat mas-sitt biljun u erba’ miljun kilometru fis-sistema solari tagħna.
Malli qorbot lejn il-kometa, Rosetta naqqset il-veloċità biex tkun tista’ tirċievi u titrassmetti sinjali minn u lejn id-Dinja li mistennija jitfgħu iktar dawl fuq l-oriġini tal-ispazju.
The post Rosetta tasal għall-ewwel darba fuq kometa appeared first on TVM.