Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Paul Bugeja maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-MTA

$
0
0

Il-Bord tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu approva b’mod unanimu l-ħatra tas-Sur Paul Bugeja bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tagħha wara li fl-aħħar jiem Josef Formosa Gauci wera x-xewqa li ma jibqax fil-kariga.

Il-Ministru tat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis qal li s-Sur Paul Bugeja ilu attiv fl-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) għal numru ta’ snin, inkluż ukoll fil-kariga ta’ President. Huwa serva wkoll bħala membru fil-bord tad-diretturi tal-MTA.

Il-Ministru Zammit Lewis laqa’ l-ħatra tas-Sur Bugeja bħala l-Kap Eżekuttiv tal-MTA u fissru bħala ass importanti. Dr Zammit Lewis qal li l-ħiliet kbar tiegħu rebħuh il-fiduċja tal-industrija tat-turiżmu waqt li okkupa l-irwol ta’ President tal-MHRA. Huwa żied jgħid li s-Sur Bugeja għandu għarfien wiesgħa tal-industrija, kemm f’Malta u anke internazzjonalment.

Il-Ministru ddikjara li s-Sur Bugeja għandu l-aqwa kapaċitajiet biex imexxi lill-Awtorità, fejn se jkun qed isaħħaħ l-istrutturi interni biex jilħaq l-isfidi kurrenti u jippromwovi l-għanijiet tal-Gvern f’dan il-qasam. Huwa qal li s-Sur Bugeja għandu l-kompetenzi, l-integrità u l-enerġija biex jagħti ħajja ġdida lill-MTA għall-benefiċċju tal-industrija u l-pajjiż.

Is-Sur Bugeja se jkun qed jassumi l-irwol ġdid tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-MTA fil-jiem li ġejjien.

Intant il-Board tal-MTA  rringrazzja lis-Sur Formosa Gauci għall-kontribuzzjoni tiegħu u awgura l-iSur Bugeja filwaqt li esprima kunfidenza li bit-tmexxija tiegħu l-Awtorità flimkien mal-partijiet interessati kollha jistgħu jkomplu jsaħħu l-industrija tat-turiżmu għall-benefiċċju tal-ekonomija lokali.

F’kumment dwar il-ħatra tiegħu s-Sur Bugeja irringrazzja lill-membri tal-bord għall-fiduċja tagħhom u lill-Ministru Edward Zammit Lewis għar-rakomandazzjoni fost oħrajn. Huwa qal li se jkun qed jiddedika l-enerġija u l-esperjenza tiegħu biex jesplora l-opportunitajiet kollha biex jittejjeb is-settur tat-turiżmu li huwa kruċjali għal-ġżiritna.

The post Paul Bugeja maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-MTA appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles