Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Joseph Galea jinħatar Deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta

$
0
0

L-Air Malta bdiet ħidma kbira biex tibni mill-ġdid it-tim amministrattiv tagħha. Din il-ħidma bdiet bil-ħatra tas-Sur Joseph Galea bħala d-Deputat Kap Kummerċjali.

Is-Sur Galea, li għandu 50 sena, ħadem fil-qasam tat-turiżmu Malti għal dawn l-aħħar 23 sena, l-aktar reċentament bħala d-Direttur Internazzjonali għall-Marketing għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Huwa serva bħala d-Direttur Internazzjonali għall-Marketing tal-MTA sa minn Novembru 2006 u kien responsabbli b’mod dirett għall-pożizzjonar tal-gżejjer Maltin f’diversi swieq barranin.

Il-linja tal-ajru ħarġet ukoll sejħa internazzjonali biex timla l-kariga ta’ Kap Uffiċjal Kummerċjali, li qabel kienet okkupata mis-Sur Philip Saunders.

Is-Sur Galea se jieħu post il-Kap Kummerċjali għall-perjodu definit ta’ tliet snin, li matulu huwa sejjer jikseb biżżejjed esperjenza fil-linja tal-ajru sabiex ikun jista’ jmexxi d-dipartiment kummerċjali.

“Huwa ċar li t-tim amministrattiv tal-Air Malta jrid jgawdi minn imħabba kbira u għarfien profond tal-prodott li qed ibiegħu. Madankollu, huwa tassew diffiċli li ssib kandidati Maltin li għandhom ukoll l-esperjenza f’linja tal-ajru kummerċjali meħtieġa għal rwol bħal dan. Permezz ta’ dawn il-ħatriet, se nkunu qed nużaw il-ħila internazzjonali biex niżviluppaw it-talent Malti. Dan it-tip ta’ ppjanar tas-suċċessjoni, li tul dawn l-aħħar snin kien nieqes mil-linja tal-ajru, se jiżgura l-kontinwità għas-snin li ġejjin,” qalet iċ-chairperson tal-Air Malta, Maria Micallef.

Is-CEO Louis Giordimaina qal li “L-Air Malta, għal darb’oħra tinsab f’salib it-toroq. Id-dħul qiegħed taħt pressjoni minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni u s-sospensjoni tar-rotta tal-Libja, waħda mir-rotot tagħna li tagħtina profitt. Il-Kap Kummerċjali u d-deputat tiegħu se jkollhom il-kompitu minnufih li jsibu modi ġodda kif jiżviluppaw linja tajba ta’ dħul li hija b’saħħitha u sostenibbli, żewġ affarijiet li jkomplu jevadu lil-linja tal-ajru minkejja l-implimentazzjoni kontinwa tal-pjan ta’ ristrutturar.”

Is-Sur Galea għadda snin jiżviluppa relazzjonijiet ma’ partijiet interessati inkluż tour operators u organizzaturi tal-konferenzi/avvenimenti.

The post Joseph Galea jinħatar Deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles