Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-Isqfijiet jappellaw għat-talb u donazzjonijiet għall-Insara ppersegwitati

$
0
0

Fi stqarrija l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, esprimew in-niket tagħhom għall-ammont ta’ vjolenza mxerrda f’bosta pajjiżi fejn hemm il-gwerrer u l-persekuzzjoni kontra l-Insara, partikularment fin-naħa ta’ fuq tal-Iraq.

Qalu li b’għafsa ta’ qalb qegħdin isegwu lill-Insara li qed jiġu mkeċċija minn djarhom b’ta fuqhom senduqhom.

Imqanqlin mill-appell li għamlilhom il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, biex joffru talb lil Alla għad-don tar-rikonċiljazzjoni fl-Iraq għaliex il-vjolenza tintrebaħ bil-paċi, huma qed jistiednu lill-Insara kollha Maltin biex jitolbu lill-Mulej Alla u lill-Ommna Marija, Sultana tal-Paċi, biex issaltan il-paċi u l-imħabba fost il-popli u fost dawk ta’ twemmin differenti.

B’sinjal ta’ solidarjetà ma’ dawn il-komunitajiet Insara li jinsabu għaddejjin minn ħafna tbatija, l-Isqfijiet qegħdin jagħmlu wkoll sejħa lill-poplu Malti u Għawdxi biex jgħinuhom, anke b’offerta żgħira.

Qalu li kull min jixtieq jagħmel għotja jwassalha lill-kappillani u huma jwassluha lill-komunitajiet Insara fl-Iraq.

The post L-Isqfijiet jappellaw għat-talb u donazzjonijiet għall-Insara ppersegwitati appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles