Ħames persuni inqatlu f’aktar attakki minn Iżrael fuq Gaża hekk kif militanti Palestinjani komplew jisparaw rockets lejn Iżrael.
Il-vjolenza kompliet wara li ntemm perjodu ta’ tliet ijiem ta’ waqfien mill-ġlied il-Ġimgħa.
It-tensjoni kompliet tikber ukoll fix-Xatt tal-Punent fejn id-dimostranti ġew fl-inkwiet mat-truppi Iżraeljani.
Rapporti qalu li żewġ Palestinjani sparaw fuqhom u nqatlu, wieħed il-Ġimgħa u l-ieħor is-Sibt.
Minn tal-anqas 1,960 ruħ inqatlu minn meta reġgħet bdiet il-vjolenza f’Gaża f’Lulju.
Skont in-Nazzjonijiet Maqħquda nqatlu aktar minn 1,900 Palestinjan ħafna minnhom ċivili.
Sebgħa u sittin Iżraeljan fosthom tlieta ċivili, wkoll inqatlu waqt din l-aħħar mewġa ta’ vjolenza fil-Lvant Nofsani.
Iżrael qal li ġedded l-offensiva militari ftit wara li ntemm il-perjodu ta’ waqfien mill-ġlied, b’ritaljazzjoni għar-rockets sparati mill-grupp Ħamas.
The post Attakki mill-ajru fuq Gaża jħallu ħamsa mejta appeared first on TVM.