Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

“Malta preparata minkejja riskju baxx ta’ Ebola”

$
0
0

Il-Ministeru tas-Saħħa ta rendikont tal-prekawzjonijiet li qed jittieħdu f’każ li jfeġġ xi każ t’Ebola fil-pajjiż.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne tenna li r-riskju li l-Ebola tfeġġ f’Malta huwa żgħir ħafna iżda l-Gvern qed jieħu l-prekawzjonijiet b’serjeta’ kbira.

Qal li d-dipartiment tas-saħħa qed iħejji ruħu fuq żewg livelli skont l-istandards internazzjonali: li jilqa’ għal kull eventwalita’ jekk ikun hemm suspett li persuna waslet Malta bis-sintomi tal-Ebola u t-tħejjijiet f’każ li jkun hemm bżonn tingħata kura għall-marda qerrieda.

Dr. Chairmaine Gauci, direttur tad-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard enfasizzat li l-Ebola ma tittiħidx mill-arja, per eżempju jekk wieħed jagħtas fuq ħaddieħor, iżda tittieħed biss jekk persuna jkollha kuntatt ma’ demm ta’ persuna oħra infettata.

Sallum l-Ebola faqqgħet biss f’erba’ pajjiżi fil-Lvant tal-Afrika: Giunea, Sierra Leone, il-Liberja u n-Niġerja.

Dr. Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa diġa qegħdin f’kuntatt dirett mal-istakeholders kollha, partikolarment l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u mal-Linji tal-Ajru.

Hija qalet li fl-Ajruport diġa qed isir screening fuq passiġġiera li jgħarrfu lill-uffiċċjali tal-avjazzjoni li kienu f’wieħed mill-erba’ pajjiżi fejn inxterdet il-marda.

Is-Segretarju Parlamentari Fearne ikkonferma li fl-aħħar jiem sar screening fuq passiġġier Malti li kien Sierra Leone.

Intqal li bħala prekawzjonijiet sarulu t-testijiet tad-demm u nstab li ma kellu l-ebda sintomu tal-virus.

Intqal li il-persuna xorta se tibqa’ taħt osservazzjoni medika għal 21 ġurnata skont ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali.

Id-direttur tal-infection control f’Mater Dei, Dr. Michael Borg qal lil tvm.com.mt li f’Mater Dei qed jitħejjew il-protokolli kollha u qed jintramaw aħjar żewġ swali fid-dipartiment għall-kontroll tal-infezzjonijiet biex ikunu lesti għal kull eventwalita’.

Dr. Borg serraħ moħħ kulħadd li bl-ebda mod ma jkun hemm periklu għall-pazjenti l-oħra jekk ikun hawn każ ta’ Ebola trattata f’Mater Dei.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sal-bieraħ irrappurtat li fl-erba’ pajjiżi Afrikani kienu infettati bl-Ebola 1,711 -ir ruħ u minnhom mietu 932.

Il-Gvern Malti ħeġġeġ lil Maltin li kienu jew se jmorru il-Guinea, il-Liberja u s-Sierra Leone biex jevitaw kuntatt ma demm jew li jieklu laħam t’annimali selvaġġi tal-post.

Ebola presser EBOLA (2) EBOLA (1)

The post “Malta preparata minkejja riskju baxx ta’ Ebola” appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles