Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ċiklist fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Birżebbuġia

$
0
0

Ċiklist ta’ 35 sena miż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza għal ħabta tat-7.40 p.m. fi Triq Ħal-Far f’Birżebbuġia.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel li kien qiegħed fuq rota ttajjar minn vettura tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 61 sena wkoll miż-Zejtun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

The post Ċiklist fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Birżebbuġia appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles