Fin-Nepal, l-awtoritajiet qed jgħidu li ma żgur mhux ser isibu aktar nies ħajjin wara t-terrimot qawwi tal-ġimgħa l-oħra. Intqal li n-numru tal-vittmi telgħu għall-6,621 persuna għalkemm qed jingħad li n-numru tal-vittmi jista’ jiżdied. It-terrimot ħalla wkoll aktar minn 14-il elf persuna oħra midruba.
Il-Ministru tal-Intern qal li l-pajjiż qed jagħmel minn kollox biex isalva lin-nies u anke jaslu fejn meħtieġ oġġetti essenzjali għall-ħajja għalkemm ħadd ma jaf eżattament x’ġara min-nies li jgħixu f’żoni muntanjużi u li ma jistgħux jintlaħqu malajr.
It-terrimot ħalla wkoll mitt persuna oħra mejta fl-Indja, it-Tibet u Bangladesh. In-Nepal għadu qed j1:50appella lill-komunità internazzjonali biex tibgħat kemm jista’ jkun għajnuna anke għax il-Gvern ta’ dan il-pajjiż ma kiex preparat biex jilqa’ għall-diżastru daqshekk kbir tant li l-Awtoritajiet xebhu ż-żona milquta ma’ waħda li għaddiet mill-gwerra.
L-iskwadri ta’ salvataġġ qed isibu diffikultajiet kbar biex jaslu fejn hemm bżonn l-għajnuna. Fl-operazzjoni ta’ salvataġġ qed jintużaw madwar 20 helicopter.
The post Tonqos it-tama li jinstabu aktar persuni ħajjin appeared first on TVM.