Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Browsing all 5966 articles
Browse latest View live

Tonqos it-tama li jinstabu aktar persuni ħajjin

Fin-Nepal, l-awtoritajiet qed jgħidu li ma żgur mhux ser isibu aktar nies ħajjin wara t-terrimot qawwi tal-ġimgħa l-oħra. Intqal li n-numru tal-vittmi telgħu għall-6,621 persuna għalkemm qed jingħad li...

View Article


Sitt pulizija akkużati bil-qtil ta’ raġel

F’Baltimore, sitt Pulizija jinsabu akkużati bil-mewt ta’ raġel ta’ 25 sena. L-Avukat Difensur qal li s-sitt Pulizija agixxew tajjeb u skont it-taħriġ li jngħataw. Aktar kmieni l-Avukat tal-Istat qalet...

View Article


Tiżdied il-popolarità tas-sit TVM

Stħarriġ indipendenti mill-Awtoritá tax-Xandir u verifika daqstant ieħor independenti permezz ta’ siti apposta fuq l-internet juru l-popolarità mal-udjenzi u l-qarrejja kemm tal-istazzjon Nazzjonali...

View Article

Iċċelebrat il-Jum iddedikat lill-ħmar

Fil-Messiku, fil-villaġġ ta’ Otumba li ilu mwaqqaf mis-seklu 16, għall-ġurnata waħda biss il-ħmar ikun ċ-ċentru tal-attenzjoni meta għall-bqija tal-ġranet tas-sena jrid jew ma jridx ikollu jagħmel...

View Article

Il-Pulizija tarresta raġel li nqabad jispara fuq tajr f’Ħal Għaxaq

Il-Pulizija arrestat raġel li dalgħodu nqabad jispara fuq numru ta’ għasafar f’Ħal Għaxaq. Huwa nqabad jispara meta l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jinsab magħluq. Fi stqarrija llejla, il-CABS qalu...

View Article


Image may be NSFW.
Clik here to view.

Filmat:Tliet karozzi tal-linja jiehdu nar

Tliet karozzi tal-linja li kienu pparkjati ħdejn il-Bombi fil-Furjana dal-lejl saru ħuġġieġa waħda wara nar li żviluppa għal-ħabta tal-10.00 p.m. tvm.com.mt jinsab infurmat li nar żviluppa għall-ħabta...

View Article

L-2014 – l-aktar sena li fiha twieldu trabi Maltin fl-aħħar 13-il sena

Matul is-sena li għaddiet f’Malta twieldu 4,335 tarbija, l-aktar sena li fiha twieldu trabi fl-aħħar 13-il sena. Matul l-aħħar 14-il sena, l-aktar sena li fiha kien hemm twelid kien fl-2000, fejn...

View Article

Vjal Sir Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid se jingħalaq għat-traffiku minħabba xogħlijiet

Transport Malta qed tavża li Vjal Sir Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid ser ikun magħluq għat-traffiku fuq iż-żewġ naħat, mill-lejla sa nhar is-Sibt fil-għodu bejn id-9.30 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’...

View Article


PM: Il-UoM se tibqa’ ffinanzjata mill-Gvern waqt li jiżdied il-pluraliżmu...

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Università ta’ Malta se tibqa’ ffinanzjata mill-Gvern waqt li l-Gvern ser iwettaq wegħda elettorali tiegħu li jkun hawn pluraliżmu fl-edukazzjoni terzjarja. Dr...

View Article


PL: Busuttil ma ħax passi dwar il-każ Debono u meta nqabad ipprova jgħatti xturu

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wara dak li ġara llum, l-attenzjoni issa hija kollha fuq Simon Busuttil li qal ilu sentejn jaf bil-każ iżda baqa’ ma ħax azzjoni. Il-Partit Laburista qal li Simon...

View Article

573 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija

S’issa saru 573 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija taħt il-programm ta’ cittadinanza b’investiment. Dan qalu l-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali ħ fi tweġiba lid-Deputat Nazzjonalista...

View Article

Image may be NSFW.
Clik here to view.

Maħtur bord indipendenti biex janalizza s-sitwazzjoni fil-ħabs

Bord indipendenti immexxi mis-Sur Martin Scicluna ser janalizza s-sitwazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan tħabbar waqt li ġew ippreżentati ċertifikati lill-priġunieri li temmew b’suċċess...

View Article

Il-Gvern responsabbli għal 200 km ta’ toroq biss

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi qal li Trasport Malta u l-Ministeru għall-Infrastruttura huma responsabbli mill-manutenzjoni ta’ 200 kilometru ta’ toroq arterjali u maġġuri minn total ta’ 1,300...

View Article


€1.6 miljun f’tiswijiet f’residenzi tal-Gvern – allokati miljun Ewro oħra

512-il residenza tal-gvern sarilhom xogħol ta’ tiswijiet is-sena li għaddiet minn 36 kuntrattur imqabbda mill-Gvern bi spiża li tammonta għal €1.6 miljun. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Familja u...

View Article

25 ruħ akkużati bi tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ dawl

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li fl-2014 kien hemm 25 persuna li tressqet il-Qorti mill-Pulizija fuq tbagħbis ta’ smart meters u serq ta’ elettriku. Fi tweġiba...

View Article


Ġenju mużikali ta’ għaxar snin

Dimitry Ishkhanov huwa ġenju mużikali. Minkejja li għad għandu biss għaxar snin, il-pjanist diġà rebaħ ħafna kompetizzjonijiet internazzjonali u għadu kif kien il-mistieden biex jakkumpanja l-orkestra...

View Article

“Il-Parlament il-ġdid għandu jkun id-dar tad-demokrazija tal-poplu”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil stieden lill-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex ikun l-ewwel mistieden tiegħu fil-Parlament il-ġdid. Dr. Busuttil qal li  dan sar b’għarfien għal viżjoni u...

View Article


Aġġornat: “il-poplu interessat x’qal il-whistleblower lill-Kap...

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-każ tar-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono kien jibqa’ mistur li kieku l-Gvern m’għamilx il-liġi tal-protezzjoni tal-informatur. F’dan il-każ ġiet...

View Article

Imut Erol Brown, il-kantant tal-grupp Hot Chocolate

Min ma jiftakarx is-singles tal-grupp Hot Chocolate fl-aqwa tas-snin sebgħin. U fuq quddiem il-kantant ewlieni tal-band Errol Brown li miet fl-età ta’ 71 sena f’Londra wara battalja kontra l-kanċer....

View Article

Sit elettroniku ġdid tas-Servizz Pubbliku

Is-Servizz Pubbliku għandu sit elettroniku ġdid, publicservice.gov.mt. Is-sit li huwa aċċessibbli kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-impjegati pubbliċi nfushom, jagħti dettalji dwar it-tmexxija...

View Article
Browsing all 5966 articles
Browse latest View live