Il-Pulizija arrestat raġel li dalgħodu nqabad jispara fuq numru ta’ għasafar f’Ħal Għaxaq. Huwa nqabad jispara meta l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jinsab magħluq.
Fi stqarrija llejla, il-CABS qalu li l-kaċċatur inqabad jispara fuq filmat li għaddew lill-Pulizija tal-ALE. Skont il-CABS, ir-raġel ammetta li spara numru ta’ tiri u ttieħed fil-kwartieri tal-ALE għal aktar stħarriġ.
Il-CABS qalu li mindu ngħalaq l-istaġun tal-kaċċa, it-timijiet tagħhom rrekordjaw 137 tir. Qalu li ħafna mit-tiri nstemgħu fil-kampanja qrib Ħal Safi, Ħal Far, il-Ħandaq u Ħal Għaxaq.
The post Il-Pulizija tarresta raġel li nqabad jispara fuq tajr f’Ħal Għaxaq appeared first on TVM.