Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wara dak li ġara llum, l-attenzjoni issa hija kollha fuq Simon Busuttil li qal ilu sentejn jaf bil-każ iżda baqa’ ma ħax azzjoni.
Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil għażel li jibqa’ jiddefendi lil Giovanna Debono u sal-lum stess qal li kellu jaċċetta r-riżenja tax-shadow minister tiegħu “b’dispjaċir”.
Fl-istqarrija qal ukoll li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said ukoll kien jaf bid-dettalji kollha permezz ta’ emails li rċieva iktar minn sena ilu u li ġew ippubblikati.
Żied li kieku ma kienitx għal-Liġi tal-Whistleblower u li din il-persuna avviċina lill-Gvern, biex il-każ ħareġ fil-pubbliku fil-bidu ta’ Marzu ta’ din is-sena, Simon Busuttil kien jagħżel li jżomm dan il-każ mistur. Meta nqabad, kompla l-Partit Laburista, Dr Busuttil ipprova jgħatti xturu.
L-istqarrija ttemm tgħid li t-tneħħija ta’ Chris Said minn Segretarju Ġenerali hija wkoll konsegwenza għall-paniku li ħakem lill-Partit Nazzjonalista wara t-telfa li rega’ ġarrab fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil sab l-okkażjoni jidfen din it-tneħħija bil-każ ta’ Giovanna Debono.
The post PL: Busuttil ma ħax passi dwar il-każ Debono u meta nqabad ipprova jgħatti xturu appeared first on TVM.