Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Aġġornat: “il-poplu interessat x’qal il-whistleblower lill-Kap tal-Oppożizzjoni sentejn ilu”

$
0
0

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-każ tar-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono kien jibqa’ mistur li kieku l-Gvern m’għamilx il-liġi tal-protezzjoni tal-informatur. F’dan il-każ ġiet applikata l-liġi l-ġdida wara li ġew segwiti l-proċeduri kollha biex qed tingħata protezzjoni lil kuntrattur li żvela l-allegat skandlu ta’ xogħlijiet fil-privat li saru qabel l-elezzjoni b’fondi pubbliċi.

F’konferenza tal-aħbarijiet imsejħa mill-Partit Laburista, Dr Bonnici qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għandu ħafna x’iwieġeb għax flok ikkundanna lil Giovanna Debono aċċetta r-riżenja tagħha b’dispjaċir.

Dr Bonnici qal li l-poplu jrid jaf x’intqal lil Dr Busuttil mill-whistleblower meta t-tnejn iltaqgħu wara l-elezzjoni. Huwa staqsa għaliex il-kap tal-oppożizzjoni baqa’ ma ħax passi fuq l-allegazzjonijiet li għamel il-kuntrattur dwar ix-xogħlijiet li saru fil-privat meta Giovanna Debono kienet il-ministru u li għalihom kellu jhallas il-Gvern. Il-Ministru Bonnici qal li  Dr Busuttil  ma jistax jibqa’ jinħeba u staqsa jekk hux japprova wkoll il-fatt li anke Chris Said naqas li jieħu passi meta kien infurmat bl-allegat skandlu.

B’risposta, il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Kap tal-Oppożizzjoni ilu aktar minn xahar li qal li l-kuntrattur inkwistjoni ma infurmah b’xejn u qatt dwar l-allegazzjonijiet tiegħu.

Il-Partit Nazzjonalista qal li se jiġġieled bil-qawwa kontra dak li sejjaħ il-ksur sfaċċat tal-prinċipju li l-liġi għandha tgħodd l-istess għal kulħadd. Dan għaliex skont il-Partit Nazzjonalista, il-Gvern jidher li ma jridx li ssir investigazzjoni dwar allegazzjonijiet simili li seħħew fl-aħħar sentejn.

The post Aġġornat: “il-poplu interessat x’qal il-whistleblower lill-Kap tal-Oppożizzjoni sentejn ilu” appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles