Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Wirja tax-xogħol tal-istudenti tal-korsijiet tat-tagħlim tul il-ħajja

$
0
0

Iżjed minn 3,000 student bħalissa qed jattendu kors fiċ-ċentru għat-Tagħlim tul il-ħajja l-Imsida. Il-maġġoranza ta’ dawk li jattendu għandhom bejn it-18-il sena u s-60 sena.

Madwar 200 lezzjoni li jvarjaw minn diploma għat-tagħlim sa ħjata, jsiru fiċ-ċentru għat-tagħlim tul il-ħajja fl-Imsida. Bħalissa dan iċ-ċentru fih 3,000 student li jattendu dawn il-lezzjonijiet mit-Tnejn sas-Sibt. Wieħed mill-iżjed korsijiet li qed jikseb suċċess hu dak tad-Diploma biex l-istudenti mbagħad ikunu jistgħu jgħallmu lill-adulti.

Il-kordinatur taċ-Ċentru, Eman Mangion, qal li s-Sibt li ġej se jkun hemm ‘open day’ fiċ-ċentru għat-Tagħlim tul il-Ħajja fl-Imsida. Qal, “Ħa jkun hawn xogħol li għamluh l-istudenti adulti minn korsijiet varji, jiġifieri nħajru lill-pubbliku jiġi jara x-xogħol li għamel l-istudent forsi s-sena d-dieħla jitħajjar japplika għal xi wieħed mill-korsijiet li joffri d-Direttorat għat-Taghlim tul il-Ħajja.”

Is-Sur Mangion spjega li fl-‘open day’ tas-Sibt se jkun hemm ukoll taħdidiet dwar l-importanza tat-tagħlim. Fosthom se jattendi l-professur Oliver Friggieri.

555_0601_01.new.01_frame_78 555_0580_01.new.01_frame_33

The post Wirja tax-xogħol tal-istudenti tal-korsijiet tat-tagħlim tul il-ħajja appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles