Xi filmati jistgħu jdejqu lil telespettaturi sensittivi għal xeni ta’ interventi kirurġiċi.
L-operazzjonijiet tas-sinsla tad-dahar u operazzjonijiet oħra tal-għadam se jiġu ffaċilitati b’teknoliġija ġdida li biha l-kirurgu jkun jista’ jopera bi preċiżjoni aktar minn qatt qabel.
Dan l-apparat li jintuża fi sptarijiet oħra barranin beda jintuża għall-ewwel darba f’operazzjoni fis-sinsla biex jitranġaw l-irkiekel.
“Din hi sistema ta’ navigation li hi sistema kompjuterizzata li tgħin lis-surgeon idaħħal l-isturmenti b’mod kompjuterizzat. Dan huwa avvanz li l-placement tal-istrumenti jkun aktar preċiż. Tintuża fl-ortopedija fl-ispine f’dan il-każ, l-ENT u nisperaw li aktar ‘il quddiem inkomplu nieħdu l-beneffiċji minnha.”
Il-kirurgu Joe Borg stqarr li sakemm l-apparat jindara l-operazzjonijiet jistgħu jieħdu ftit aktar fit-tul.
“Għal bidu sakemm tidra s-sistema ttawwal iż-żmien iżda malli nidraw nkunu ħafna aktar quick.”
Il-kirurgu Borg qal li din it-teknoloġija toffri ċertu vantaġġi u l-ħsieb hu li dan l-apparat jibda jintuza b’mod regolari fl-operazzjonijiet tal-ortopedija fl-Isptar Mater Dei.
The post Mater Dei b’teknoloġija ġdida li tiffaċilita operazzjonijiet tad-dahar u tal-għadam appeared first on TVM.