Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Tliet ħaddiema tal-Enemalta sospiżi fuq tbagħbis ta’ smart meters

$
0
0
Il-Pulizija qed tinvestiga t-tbagħbis fuq madwar 1,000 smart meter. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Enerġija, Konrad Mizzi qal li ġew sospiżi tliet ħaddiema tal-Enemalta.
Il-korporazzjoni Enemalta ssospendiet tliet impjegati waqt li bdiet investigazzjoni mill-pulizija fuq serq ta’ dawl minn mal-1,000 smart metre li ġew imbgħabsa.  F’konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċċini tal-Enemalta, il-Ministru tal-Enerġija, Konrad Mizzi esprima diżżapunt u rabja wara li investigazzjoni tal-Enemalta sabet dan l-allegat abbuż ta’ serq ta’ elettriku.
Il-Ministru Mizzi qal li s-serq tad-dawl li beda fl-2011 laħaq l-10 fil-mija tal-produzzjoni tal-elettriku.  Qal li l-każi li instabu kienu kemm f”residenzi, kif ukoll fi stabilimenti kummerċjali varji. Dr Mizzi qal li ser jittieħdu passi kontra s-sidien biex l-Enemalta tirkupra l-flus dovut għall-elettriku misruq.
Il-Ministru qal li l-ismart metres li kienu qed jirreġistraw inqas milli jkun konsmat intbagħtu l-Italja għal aktar spezzjonijiet. Qal li minn din l-ispezzjoni ħareġ li iddaħħal apparat fl-ismart meters li jnaqqas il-konsum.
Il-Ministru Mizzi m’eskludiex li hemm aktar smart metres imbgħabsin. Irrimarka li l-ħaddiema sospiżi jaħdmu fis-sezzjoni ta’ distribuzzjoni, u għalhekk kien ikollhom kuntatt dirett mal-ismart metres.
Storja: Ruth Castillo

The post Tliet ħaddiema tal-Enemalta sospiżi fuq tbagħbis ta’ smart meters appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles