Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Inġustizzji fl-Armata: 60 fil-mija tal-każi investigati huma ġenwini

$
0
0

Bord tal-Inġustizzji fl-Armata li twaqqaf mill-Gvern f’nofs is-sena li għaddiet biex jinvestiga ilmenti minn suldati u uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta sab li 60 fil-mija tal-każi kienu ġenwini.

Waqt preżentzzjoni tat-tieni rapport lill-Ministru Manuel Mallia mill-Bord tal-Inġustizzja fl-Armata, ingħad li l-Kummissjoni rċieviet 381 ilment u li minnhom investigat 213-il każ.

Il-Ministru Mallia qal li 108 każijiet jew 60 fil-mija kienu każi ġenwini waqt li 71 ilment ma kinux milqugħa.

Waqt il-preżentazzjoni ta’ dan it-tieni rapport, iċ-Chairman tal-Bord tal-Inġustizzji fl-Armata Maurice Calleja qal li dan ir-rapport kien fih 112-il każ. L-ewwel rapport kien ippreżentat f’Diċembru li għadda u kien jinkludi 101 każ.

Il-każijiet investigati mill-Bord tal-Inġustizzji kienu jikkonċernaw promozzjonijiet, nuqqas ta’ taħriġ u każi ta’ bullying u użu ta’ kliem ħażin fil-konfront ta’ membri fil-Forzi Armati.

Matul din il-preżentazzjoni, il-Ministru Mallia ta l-inkarigu lill-Bord tal-Inġustizzji fl-Armata biex jestendi l-inkarigu għal każijiet li jmorru lura għal seba’ snin minn dak oriġinarjament ta’ ħames snin. Min-naħa tagħha l-Kummissjoni aċċettat dan l-inkarigu waqt li s-suldati u l-uffiċjali se jiġu informati b’din l-estensjoni.

Ritratt: Brandon Pisani

The post Inġustizzji fl-Armata: 60 fil-mija tal-każi investigati huma ġenwini appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles