Għaqdiet li jaħdmu favur il-klieb madwar l-Ewropa qed iwissu lis-sidien tagħhom biex dan l-Għid ma jagħtuhomx ċikkulata għax jista’ jkollhom konsegwenzi traġiċi.
Dogs Trust qed iwissu biex ma joqgħod jitħassru lil klieb li jitolbuhom iċ-ċikkulata għax inkellha jistgħu javvelenawhom. Ċertu ikel, f’ammonti moderati, ma jagħmlulhom xejn, iżda mhux iċ-ċikkulata, qal kelliem għall-għaqda.
Dogs Trust qed jagħtu parir biex min għandu l-klieb ma jħallix ċikkulata fid-deher, bħal fuq xi mejda baxxa, għax l-annimali jiekluha – kultant b’kollox.
U jekk ikollkom l-isfortuna li l-kelb xorta għaljenakom u kiel iċ-ċikkulata u jibda juri sintomi ta’ ta’ qliegħ ta’ stonku, għatx qawwi jew qalb tħabbat sitta sitta, ħaġa waħda għandek tagħmel: ħudu għand il-veterinarju.
The post Twissija: iċ-ċikkulata mhux għal klieb! appeared first on TVM.