Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jgħaddu t-timijiet li ħallew il-plejers jagħmlu sess, jeħlu dawk li waqqfuhom

$
0
0

Il-pajjiżi kollha li ma ħallewx lill-plejers tagħhom ikollhom x’jaqsmu sesswalemnt matul il-logħob tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil sfaw eliminati, waqt li dawk li kellhom attitudni aktar rilassata dwar din il-kwistjoni qegħdin igawdu minn riżultati aħjar fuq il-grawnd, sabet riċerka li saret dan l-aħħar.

L-amministrazzjoni tal-Ġermanja u tal-Olanda ħallew lin-nisa tal-plejers jgħixu magħhom fil-lukanda u ż-żewġ timijiet irnexxielhom jgħaddu għall-kwarti tal-finali.

Sadanittant, Franza, il-Brażil u l-Kosta Rica li għandhom ħafna aktar regoli kkumplikati dwar is-sess, iżda li xorta jippermettuh, ukoll baqgħu għaddejjin f’din il-kompetizzjoni, l-istess bħall-Arġentina, il-Belġu, il-Kolombja li l-pożizzjoni tagħhom mhix magħrufa.

Timijiet oħrajn li ħallew lill-plejers tagħhom jgħaddu ħin intimu jinkludu l-Istati Uniti, l-Iżvizzera, l-Urugwaj u n-Niġerja, li kollha kemm huma għaddew mal-aħħar 16.

Qed jingħad li n-nuqqas tal-attakkant tal-Bosnia Edin Dzeko fit-Tazza tad-Dinja jista’ jkun attribwit għan-nuqqas ta’ ħin li għadda minn mat-tfajla tiegħu Amra Silajdzic.

Xi managers urew aktar interess minn oħrajn. Il-kowċ tal-Brażil Luiz Felipe Scolari ma waqqafx lill-plejers tiegħu milli jkollhom x’jaqsmu sesswalment man-nisa tagħhom, iżda kien qed “jimmoniterja” s-sitwazzjoni. Huwa qal: “Il-plejers jista’ jkollhom sess normali matul it-Tazza tad-Dinja. Fil-biċċa l-kbira sess normali jsir b’mod bilanċjat, iżda hemm forom oħrajn li jistgħu jaħlu ħafna aktar enerġija. Se nagħmlu limitu u nistħarrġu l-plejers.”

Kowċis oħrajn bħal dak ta’ Kosta Rika qal li huwa kuntent li l-plejers tiegħu jkollhom attività sesswali sakemm dawn jibqgħu jirbħu. Huwa qal: “Nista’ nassigura, mingħajr ebda dubju li se “jkunu jistgħu jgawdu lil xulxin” hekk kif jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss.

Għal ħafna żmien kien mifhum li s-sess kellu effetti ħżiena fuq il-wirja li jagħtu l-plejers fil-grawnd, għax jew kien itellifhom jew jeħdilhom mill-enerġija tagħhom li setgħu jużawha fil-grawnd. Madankollu riċerka riċenti wriet li dan mhux il-każ bi xjentisti jgħidu li m’hemmx evidenza fiżjoloġika li tissuġġerixxi dan.

Madankollu, għall-Ingliżi jidher li din l-attitudni rilassata ma ħadmet assolutament xejn, hekk kif kien minn tal-bidu li spiċċaw ħallew dawn il-kampjonati fl-ewwel stadju tal-gruppi.

 

 

 

The post Jgħaddu t-timijiet li ħallew il-plejers jagħmlu sess, jeħlu dawk li waqqfuhom appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles