Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-passjoni għall-mużika Ċeltika tiddistingwiha ‘l barra minn xtutna

$
0
0

Il-mużika Irlandiża, Skoċċiża u minn Wales għandha għeruq li jmorru lura eluf ta’ snin. Hija mużika b’ritmu uniku magħmul minn noti melodjużi li jikkomunikaw l-istorja dinamika ta’ dawn il-popli: b’kultura unika u l-ġabra ta’ leġġendi riflessi fin-noti.

Michelle Paris hi mużicista żagħżugħa kunsidrata bħala eċċezzjoni u rarità fiż-żminijiet kontemporanji billi tispeċjalizza f’din it-tip ta’ mużika. Minkejja li għad għandha 30 sena diġa rebħet bosta premji prestiġjużi anki internazzjonalment.

Ftit snin ilu bdiet titgħallem l-arpa u speċjalizzat f’dan l-instrument anki f’universitajiet barra minn Malta. Hija tħarrġet ukoll fil-kant Irlandiż.

Tispjega li din il-mużika hija unika minħabba bosta fatturi, l-iktar minħabba l-mod kif tindaqq u l-istrumenti użati.

Michelle qed tippjana li tirrekordja album u li tagħmel kunċert fix-xhur li ġejjin. Bħalissa qed tħejji biex tirrappreżenta lil Malta f’kompetizzjoni internazzjonali fil-ġimgħat li ġejjin.

The post Il-passjoni għall-mużika Ċeltika tiddistingwiha ‘l barra minn xtutna appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles