Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jafdawlu $500,000 Lamborghini u jifqagħha ġo ħajt

$
0
0

 

 

 

Valet driver li jaħdem f’lukanda ta’ ħames stillel fi New Delhi fl-Indja se jħallas qares wara li farrak Lamborghini Gallardo Spider b’valur ta’ $500,000.

Raġel residenti fil-lukanda fejn jaħdem il-valet ħalla f’idejn il-ġuvni biex jipparkjalu l-karozza li iżda minflok spiċċa biex għamillu mat- $330,000 fi spejjeż wara li skappa numru ta’ persuni u laqat minn tal-inqas żewġ karozzi qabel ma faqa’ il-karozza lussuża ġo ħajt.

Il-Valet ittieħed l-isptar ibati minn ġrieħi f’rasu fl-inċident li l-lukanda iddiskriviet bħala wieħed sfortunat.

Nittamaw biss li l-aġenzija tal-assigurazzjoni tidħol għalih biex jkun jista’ jagħmel tajjeb għall-ħsarat. Dan hekk kif spiċċa b’ta fuqu senduqu wara li naturalment la ħa tips u saħansitra spiċċa bla mpjieg.

The post Jafdawlu $500,000 Lamborghini u jifqagħha ġo ħajt appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles