Tfajla ta’ madwar 15-il sena ddaħħlet l-isptar għall-kura wara li sfat imtajra fuq zebra crossing Triq Psaila f’Birkirkara.
tvm.com.mt jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15 p.m. meta għal xi raġuni mara li kienet qed issuq karozza tat-tip Peugeot laqtet lit-tfajla li kienet qed taqsam minn fuq iż-zebra crossing. Xhieda fuq il-post qalu li l-karozza kienet qed tinstaq bil-mod fid-direzzjoni lejn Birkirkra. Jidher li s-sewwieqa ma ratx lit-tfajla qed taqsam minħabba x-xemx.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla immedjatament l-isptar. Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhix magħrufa.


The post BIL-FILMAT: Tfajla mtajra fuq zebra crossing fi Triq Psaila f’Birkirkara appeared first on TVM.